Futbol Sport

Kahn mistenni jieħu post Rummenigge bħala CEO ta’ Bayern Munich

(Ritratt: EPA)

L-eks gowlkiper internazzjonali Ġermaniż Oliver Kahn mistenni jieħu post Karl-Heinz Rummenigge bħala CEO ta’ Bayern Munich. Rummenigge li ilu jokkupa din il-kariga sa mill-2002 ittermina l-kuntratt tiegħu aktar kmieni minkejja li l-kuntratt kien fadallu sal-aħħar tas-sena.

Kahn qal li jinsab onorat li se jkun avdat b’din il-kariga fit-tim ta’ Bayern u rringrazzja lill-bord li kien imexxi minn Uli Hoeneß għall-fiduċja tiegħu. Fil-passat Kahn lagħab 781 partita ma’ Bayern Munich fejn rebaħ tmien darbiet il-Bundesliga, sitt darbiet d-DFP Pokal kif ukoll darba ċ-Champions League u l-UEFA Cup.