Kienu diversi l persuni li rringrazzjaw lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech ghall-inizjattiva li ħa biex il-poplu jingħata lura l-flus li qed jinsteraq mill-kontijiet tad-dawl u l-ilma.
Waqt li kien qed idur il-monti tal-Birgu it-Tlieta filgħodu, Bernard Grech waqaf jitkellem mal-bejjiegħa li kienu armati b’xogħolhom u ma’ dawk li kienu qegħdin jixtru.

Għadd ta’ persuni li tkellmu mal-Kap tal-PN faħħru l-inizjattiva tal-PN li kompla fuq proċess li nbeda snin ilu, b’Bernard Grech jispjega kif dan il-proċess intlaqa’ tajjeb ħafna mill-familji Maltin u Għawdxin.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista fakkar li dan huwa proċess li għadu għaddej, u li nhar il-Ġimgħa se jkompli wkoll fil-gżira Għawdxija.
Tul din iż-żjara fil-Kottonera, Bernard Grech kien akkumpanjat mid-Deputat Nazzjonalista Stephen Spiteri kif ukoll mill-kandidati ġodda Leone Sciberras, Doris Borg u Berniece Bonello.

Jakkumpannjaw lill-Kap tal-Partit Nazzjonalita fil-Birgu, kien hemm id-Deputat Stephen Spiteri u l-kandidati Doris Borg, Leone Sciberras u Bernice Bonelllo.
L-inizjattiva tal-Partit Nazzjonalista waslet wara l-konferma tal-Uffiċju tal-Awditur Ġenerali li rapport tiegħu, li gie leaked lit-Times, jitkellem dwar diskrepanaza ta’ miljuni ta’ ewro fil-kontijiet – serq mill-bwiet tal-familji Maltin u Ghawdxin.

Minkejja li fl-2018 il-Prim Ministru ta’ dak iż-żmien Joseph Muscat kien wiegħed li t-taħwid fil-kontijiet kien se jiġi rranġat, Gvernijiet Laburisti, kemm taħt Joseph Muscat, kif ukoll taħt Robert Abela, baqgħu jibgħatu kontijiet ħżiena, u l-poplu baqa’ jħallas għall-inkompetenza tal-Gvern.