EURO 2020 Sport

“L-għażla ta’ Mancini ma kinitx meritkoratika”- Angelo Ogbonna

(Ritratt: EPA)

Id-difensur ta’ West Ham, Angelo Ogbonna qal li l-għażla tal-kowċ Roberto Mancini ma kinitx waħda meritkoratika.

F’intervistà mal-Corriere della Sera, il-player ta’ 33 sena qal li jinsab iddispjaċut li ma kienx imsejjaħ fl-iskwadra proviżorja ta’ Mancini. Ogbonna qal li l-isport huwa dixxiplina ta’ meritokrazija iżda dan ma kienx applikat minn Mancini.

Fl-istess intervistà Ogbonna qal li Jorginho ma jingħatax ir-rikonoxximent li jixraqlu hekk kif għat-tim Taljan huwa fundamentali minħabba l-abbilità tiegħu li jaqra l-logħba tal-futbol b’mod tajjeb. Angelo Ogobnna lagħab tlettax-il partita mal-Italja sa mill-2011.