Ninsabu diżappuntati ferm bid-deċiżjoni li r-rotta X300 tat-trasport pubbliku mhux se tibqa’ fis-seħħ – wara tant ħidma sabiex din tiġi introdotta huwa ta’ diżappunt kbir li din id-deċiżjoni ttieħdet mingħajr mistennija.
Sostnew dan l-għaqdiet studenteski tal-KSU u GUG wara li l-Gvern ħabbar it-tneħħija ta’ din ir-rotta użata minn bosta studenti universitarji Għawdxin, b’konnessjoni mas-servizz tal-fast ferry.
L-għaqdiet saħqu wkoll li jinsabu diżappuntati għas-sempliċi fatt li ġew injorati għal kollox mill-Gvern u lanqas biss ġew ikkonsultati.
Filwaqt li faħħru l-introduzzjoni tas-servizz tal-fast ferry, proposta li ilu snin jagħmel il-Partit Nazzjonalista, l-għaqdiet studenteski insistew li l-ebda servizz ma jista jieħu post ir-rotta speċjali ta’ tal-linja tal-X300.
Huma insistew li l-istudenti għandhom id-dritt li jkollhom l-għażla ta’ liema rotta jridu, b’mod speċjali r-rotta tal-X300 li kienet rotta diretta speċifikament magħmula għall-istudenti.
Filwaqt li saħqu li minħabba l-pandemija u l-lezzjonijiet onlajn, dan l-aħħar xhur ma tantx kienet qed tintuża insistew li dan ma jfissirx li l-istudenti li kienu qed jattendu għal-lectures b’mod fiżiku għandhom jintesew partikolarment la darba l-ħajja terġa’ tiġi għan-normal.
Il-KSU u l-GUG sostnew li din id-deċiżjoni hija ta’ għajb kbir.
//= $special ?>