Skont l-aħħar rapporti fil-media fl-Italja, il-midfielder taċ-champions tas-Serie, Inter, Stefano Sensi mistenni jkun wieħed mill-plejers magħżula tal-kowċ Roberto Mancini. L-iskwadra finali tal-Italja għall-Euro 2020, għadha se titħabbar u Mancini għandu ċans sal-lejla biex jagħmel l-għażla tiegħu ta’ 26 plejer.
Fl-aħħar jiem, kiber id-dubju jekk Sensi jkunx mgħajjat jew le minn Mancini minħabba injury muskolari. Filwaqt li l-kundizzjoni fiżika tal-plejer m’hijix gravi, il-mediċi tat-tim nazzjonali Taljan qed jinkwetaw li kemm il-darba Sensi jilgħab f’din l-edizzjoni tal-Euro, il-kundizzjoni fiżika tiegħu taf tirkadi u tmur għall-agħar. Madankollu jidher li Mancini lest li jieħu dan ir-riskju, u l-gazzetta Corriere dello Sport, qed tgħid li l-plejer ta’ 25 sena se jkun wieħed mis-26 plejer tal-Italja.
//= $special ?>