EURO 2020 Futbol Sport

Min se jkun l-attakkant tal-Ġermanja fil-Euro 2020?

(Ritratt: EPA)

L-attakkant Ġermaniż Serge Gnabry qal li qed jaspira li fil-Euro 2020 jiskorja f’kull partita. Gnabry li għalih dan se jkun l-ewwel turnament internazzjonali wara li tilef it-Tazza tad-Dinja tal-2018 minħabba injury se jkun qed jittama li jkompli jżid mar-rekord impressjonanti li kellu hekk kif s’issa skorja 15-il gowl f’20 partita.

Dan l-istaġun ma’ Bayern Munich, Gnabry skorja 10 gowls fil-Bundesliga (Ritratt: EPA)

Bħalissa l-Ġermanja qed jinsabu jitħarrġu f’Seefeld, bl-attakkant ta’ Bayern Munich jgħid li fil-Euro 2020 irid ipatti għall-istaħun li kellu fil-Bundesliga hekk kif ma’ skorjax daqs kemm xtaq. Gnabry li possibilment ikun l-attakkant prinċipali fit-tim tal-Ġermanja qal li t-tim tiegħu minkejja li m’għandux lil Robert Lewandowski u lil Erling Haaland jinsab kunfidenti li l-wingers se jilagħbu parti importanti.

Ikkummenta