Sport Sport Ieħor

Petra Kvitova kostretta tirtira mir-Roland Garros

(Ritratt: EPA)

Wara li Naomi Osaka rtirat mir-Roland Garros minħabba l-kontroversja wara li qalet li ma kinitx lesta tagħti kummenti lill-midja, it-tennista numru ħdax fit-dinja, Petra Kvitova kienet kostretta tirtira wkoll wara li weġgħat wara inċident sfortunat il-Ħadd li għadda.

Kvitova ħabbret dan fuq il-midja soċjali tagħha fejn qalet li huwa ta’ dispjaċir li kellha tiritira minn dan it-tournament prestiġjuż. Fl-ewwel u l-unika partita tagħha fl-Open ta’ Franza, Kvitova għelbet lil Greet Minnen 6-7 7-6 6-1.

Intant Rafael Nadal beda t-triq tiegħu lejn l-14-il titlu tar-Roland Garros b’rebħa konvinċenti kontra Alexei Popyri fejn għalbu 6-3 6-3 7-6.