Il-midfielder tal-Ungerija Dominik Szoboszlai ma kienx imsejjaħ fil-lista ta’ 26 player li l-kowċ Marco Rossi ħabbar għall-Euro 2020.
Il-midfielder ta’ 20 sena li huwa meqjus bħala wieħed mill-aktar players promittenti tal-futbol Ungeriż ilu mweġgħa minn Jannar li għadda, fejn minkejja dan kien inkluż fl-iskwadra proviżorja. Waqt li kien qed iħabbar l-iskwadra, Rossi qal li l-kundizzjoni ta’ Szoboszlai mhix waħda tajba u b’hekk mhux se jkun imsejaħ.
L-iskwadra finali tal-Ungerija hija:
Goalkeepers: Péter Gulácsi (Leipzig), Dénes Dibusz (Ferencváros), Ádám Bogdán (Ferencváros)
Difensuri: Gergő Lovrencsics (Ferencváros), Endre Botka (Ferencváros), Ádám Lang (Omonia Nicosia), Ákos Kecskés (Lugano), Attila Fiola (Fehérvár), Willi Orbán (Leipzig), Attila Szalai (Fenerbahçe), Bendegúz Bolla (Fehérvár)
Midfielders: Loïc Négo (Fehérvár), Ádám Nagy (Bristol City), László Kleinheisler (Osijek), Dávid Sigér (Ferencváros), Dániel Gazdag (Philadelphia Union), András Schäfer (Dunajská Streda) Tamás Cseri (Mezőkövesd), Filip Holender (Partizan)
Atakkanti: Ádám Szalai (Mainz), Roland Sallai (Freiburg), Nemanja Nikolić (Fehérvár), Kevin Varga (Kasımpaşa), Roland Varga (MTK Budapest), Szabolcs Schön (FC Dallas), János Hahn (Paks)
//= $special ?>