EURO 2020 Sport

Trent Alexander-Arnold mistenni jkun inkluż fl-iskwadra tal-Ingilterra

(Ritratt: EPA)

Hekk kif fadal anqas minn siegħa, Trent Alexander-Arnold mistenni jkun inkluż fl-iskwadra ta’ 26 player ta’ Gareth Southgate.

Southgate mistenni wkoll jinkludi lir-right backs, Reece James, Kyle Walker u Kieran Trippier. Mason Greenwood irtira minn mal-iskwadra tal-Ingilterra minħabba injury bil-midfielder Jesse Lingard mistenni wkoll jitħalla barra minn Southgate minkejja l-istaġun pożittiv li kellu. L-iskwadra tal-Ingilterra se titħabbar fis-6.00pm.