Futbol Sport

Antonio Conte viċin li jingħaqad ma’ Tottenham

Rapporti fil-midja internazzjonali qed jindikaw li Antonio Conte jinsab viċin li jingħaqad ma’ Tottenham Hotspurs fl-Ingilterra. Dan wara li ntemmet ħesrem l-avventura tiegħu fl-Italja ma’ Inter, ftit jiem wara li rebħu is-Serie A.

Flimkien ma’ Conte, Tottenham qed jevalwaw ukoll il-possibilita’ li jerġa’ jissieħeb magħhom il-coach ta’ PSG Mauricio Pocchetino, wara li mexxa lil Tottenham bejn l-2014 u l-2019.

Jekk Conte jingħaqad ma’ Tottenham, din tkun it-tieni esperjenza tiegħu fl-Ingilterra hekk kif fl-2016 kien mexxa lil Chelsea għar-rebħ tal-Premier League fl-ewwel staġun tiegħu kif ukoll rebaħ l-FA Cup fl-istaġun ta’ wara.