Coronavirus Lokali

Għaxar każi ġodda: L-għola żieda f’dawn l-aħħar 22 ġurnata

Fl-aħħar 24 siegħa f’pajjiżna kienu rreġistrati 10 każi pożittivi ġodda ta’ Covid-19, filwaqt li 4 persuni oħrajn huma meqjusin bħala mfejqa mill-virus. Wieħed jista’ jinnota li din hija l-għola żieda ta’ każi f’dawn l-aħħar 22 ġurnata.

Skont l-istatistika ppubblikata mill-Ministeru tas-Saħħa fuq Facebook, fl-aħħar sigħat ma kienet irreġistrata l-ebda vittma oħra, bl-ammont ta’ mwiet b’hekk jibqa’ 419. Il-każi attivi issa telgħu għal 76.

It-total ta’ każi mill-bidu tal-pandemija issa tela’ għal 30,553. Sat-Tlieta, aktar minn 218,321 persuna tlaqqmu b’mod sħiħ kontra l-Covid-19 f’pajjiżna.