EURO 2020 Futbol Sport

Goran Pandev fost l-aktar players ta’ esperjenza fl-iskwadra debuttanti tal-Maċedonja ta’ Fuq

(Ritratt: EPA)

Il-kowċ Igor Angelovski ffinalizza l-iskwadra ta’ 26 player għall-Euro 2020 fejn fost il-player li żgur se jkunu strumentali għall-Maċedonja ta’ Fuq se jkunu Goran Pandev, Ezdzan Alioski u Eljif Elmas li kollha jilagħbu fl-Ingilterra u fl-Italja.

Għal Alioski, dan l-istaġun kien wieħed mill-aqwa hekk kif lagħab bosta partiti fil-Premier League ma’ Leeds (Ritratt: EPA)

Il-Maċedonja ta’ Fuq li għalihom dan se jkun debutt se jkunu qed jilagħbu fi Grupp Ċ flimkien mal-Awstrija, l-Olanda u l-Ukranja.

L-iskwadra finali tal-Maċedonja ta’ Fuq hija:

Goalkeepers: Stole Dimitrievski (Rayo Vallecano), Damjan Siskovski (Doxa Katokopia), Riste Jankov (Rabotnicki)

Difensuri: Stefan Ristovski (Dinamo Zagreb), Visar Musliu (Fehérvár), Egzon Bejtulai (Shkëndija), Kire Ristevski (Újpest), Gjoko Zajkov (Charleroi), Darko Velkovski (Rijeka), Ezdzan Alioski (Leeds)

Midfielders: Arijan Ademi (Dinamo Zagreb), Enis Bardhi (Levante), Stefan Spirovski (AEK Larnaca), Boban Nikolov (Lecce), Tihomir Kostadinov (Ružomberok), Ferhan Hasani (Partizani), Eljif Elmas (Napoli), Daniel Avramovski (Kayserispor), Darko Curlinov (Stuttgart), Marjan Radeski (Akademija Pandev)

Attakkanti: Goran Pandev (Genoa), Aleksandar Trajkovski (Mallorca), Ivan Trickovski (AEK Larnaca), Vlatko Stojanovski (Chambly), Krste Velkovski (Sarajevo), Milan Ristovski (Spartak Trnava)