Il-coach tal-Ingilterra Gareth Soutghate stqarr li Harry Maguire għandu ċans li ma jkunx preparat fiżikament biex jilgħab fil-fażi tal-grupp għat-tim Ingliż, minkejja li hu parti mill-iskwadra finali ta’ Southgate. Maguire tilef il-finali tal-Europa League ma’ Man Utd wara li ftit jiem qabel kien sofra injury fil-ligaments tal-għaksa.
L-Ingliżi se jkunu wkoll mingħajr il-midfielder ta’ esperjenza ta’ Liverpool Jordan Henderson għall-ewwel partita tal-grupp konra l-Kroazja. Bl-injury ta’ Maguire, Southgate jaf ikun kostrett li jilgħab bi tliet difensuri ċentrali f’sistema ta’ 3-5-2, formazzjoni li ħadmet tajjeb ħafna matul it-Tazza tad-Dinja tal-2018. Għad-dispożizzjoni tiegħu Southgate għandu wkoll lil Tyrone Mings, Conor Coady, John Stones u Kyle Walker, li kollu jistgħu jkunu alternattiva għal Maguire.
Minkejja li lbieraħ Southgate ħabbar l-iskwadra finali ta’ 26 plejer, it-timijiet għandhom sal-aħħar ġurnata qabel l-ewwel partita tagħhom fil-Euro 2020 sabiex jagħmlu xi tibdil fl-iskwadra, liema miżura daħlet fis-seħħ f’kaħ li jkun hemm plejers pożittivi għall-Covid 19.
//= $special ?>