Basketball Sport

Il-Kampjonati tal-Ewropa tal-Basketball tal-Pajjiżi ż-Żgħar se jsiru fl-Irlanda

(Ritratt: MBA)

Wara li FIBA Europe ikkonfermat illi l-Kampjonat tal-Ewropa tal-Basketball tal-Irġiel għall-Pajjiżi ż-Żgħar se jsir fl-Irlanda bejn l-10 u l-15 ta’ Awwissu issa saru magħrufa wkoll l-avversarji tat-tim Malti. It-tim nazzjonali Malti huwa mistenni li jiddefendi l-midalja tad-deheb li rebaħ fl-aħħar edizzjoni li saret f’San Marino fl-2018 meta fil-finali Malta għelbet lin-Norvegja 75 – 59 filwaqt li Azerbaijan u Armenia rtiraw mill-kompetizzjoni din is-sena ser ikunu ħames timijiet f’rawnd wieħed li jiddeterminaw min jispiċċa fl-ewwel post.

L-ewwel partita fl-10 ta’Awissu ser tkun kontra San Marino u l-għada kontra Ġibilta’ sabiex fl-14 ta’Awissu Malta tilgħab kontra Andorra bl-aħħar partita fil-15 ta’Awissu tkun kontra l-Irlanda. Il-Kampjonat Ewropew tan-Nisa għal Pajjiżi Żgħar se jsir f’Ċipru bejn l-20 u l-25 ta ’Lulju. It-tim Malti ittella’ fi Grupp A flimkien ma’ Norveġja, Irlanda u Andorra. Fi Grupp B hemm Lussemburgu, Ċipru, Ġibilta’ u Kosovo. Il-kompetizzjonijiet kontinentali kollha taż-żgħażagħ, fosthom il-Kampjonati Ewropej ta’ Taħt is-16 , 18 u 20 sena li kellhom isiru fix-xhur li ġejjin ġew ikkanċellati.