Il-membri tal-Kabinett ta’ Robert Abela qed jibqgħu jiddefendu is-serq li qed isir fil-konijiet tad-dawl u l-ilma – serq li s’issa, fi tmien snin, diga’ tela’ għal 50 miljun ewro.
Illum, kien imiss lill-Ministru għall-Edukazzjoni, fejn fit-tweġiba tagħha, qalet li dawn il-kontijiet huma l-irħas li qatt kienu ….mingħajr ma ammettiet li hemm anomaliji li jridu jiġu rranġati. Kif kien ammetta l-eks PM innifsu Joseph Muscat.
Ir-realta’ hi, illi kien Joseph Muscat stess li tliet snin ilu ammetta li hemm anomaliji li jridu jiġu rranġati… iżda s’issa… tliet snin wara… dawn l-anomaliji għadhom hemm.
Intant, wara t-tweġiba ta’ Justyne Caruana, tlabna lis-Segretarju Parlamentari Stefan Zrinzo Azzopardi li jagħtina l-ħsibijiet tiegħu fuq dan is-suġġett. Iżda anke hu, fl-ebda ħin ma ddefenda lill-familji li qed jinsterqu.
Min-naħa tieghu, anke s-Segretarju Parlamentari Alex Muscat kompla jiddefendi dan is-serq kollu…b’Alex Muscat fl-ebda waqt ma jammetti li din is-sistema qed tfisser serq ta’ miljuni mill-bwiet tal-familji Maltin u Għawdxin.
//= $special ?>