EURO 2020 Futbol Sport

Il-partitarji li se jmorru Baku se jkunu eżentati milli jagħmlu kwarantina

Il-partitarji ta’ Wales, it-Turkija, l-Iżvizzera u r-Renju Unit se jkunu eżentati milli jagħmlu kwarantina malli jaslu f’Baku l-Azerbaijan biex isegwu l-partiti tal-Euro 2020. Baku se jospita erba’ partiti, Wales v Żvizzera, Turkija v Wales, Żvizzera v Turkija u Kwartifinali.

Partitarji mit-Turkija, l-Iżvizzera u r-Renju Unit kif ukoll l-partitarji ta’ dawk it-timijiet li jagħmluha sal-kwartifinali se jkunu jistgħu jirċievu visa speċjali mal-wasla tagħhom f’Baku bil-partitarji se jkunu mitluba li juru l-biljett tal-partita.

L-Azerbaijan bħalissa għandu waħda mill-anqas rati ta’ każijiet ta’ Covid-19 kif ukoll programm ta’ vaċċinazzjoni b’saħħtu. Dan se jwassal biex l-istadium ta’ Baku se jkun qed jospita sa 50% tal-kapaċita għall-partita tal-Euro 2020