Fid-8.45pm | Olanda v Skozja
Illejla aktar timijiet se jkunu fl-azzjoni f’partiti ta’ ħbiberija bi preparazzjoni għall-Euro 2020, li se tibda ftit aktar minn ġimgħa oħra. Fil-Portugall l-Olanda se jaffrontaw lill-Iskozja, b’dawn tal-aħħar qed jippreparaw għall-ewwel tournament maġġuri sa mill-1998. Fl-aħħar snin l-Olanda ukoll għaddew minn perjodu ħażin, hekk kif ma kkwalifikawx għall-Euro 2016 u għat-Tazza tad-Dinja tal-2018. Bi skwadra relattivament żagħżugħa l-Olanda huma fost il-favoriti li jsalu lejn l-aħħar stadji tal-kompetizzjoni, bl-Iskozja lesti li joffru sfida denja lilll-avversarji tagħhom.
Fid-9.00pm | Ingilterra v Awstrija
Fost dawk involuti nsibu lil Ingilterra li se jaffrontaw lil Awstrija f’Riverside Stadium, bil-coaches Gareth Southgate u Josef Hickersberger se jkunu qed jippruvaw l-plejers u t-tattiċi li se jużaw fil-Euro 2020. Għall-Ingilterra mhux se jkunu disponibbli dawk il-plejers li lagħbu fil-finali tal-UEFA Champions League, fosthom Mason Mount, Phil Foden, John Stones, Kyle Walker, Reece James u Raheem Sterling.
Fid-9.00pm | Ġermanja v Danimarka
Fit-Tivol Neu Stadium fl-Awstrija il-Ġermanja se jilagħbu kontra d-Danimarka, fejn wara li tilfu l-aħħar partita mill-kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2022 kontra l-Macedonja ta’ Fuq, il-Ġermanja se jkunu qed iħarsu li jiksbu rebħa u jwittu t-triq għall-Euro 2020. Min-naħa l-oħra d-Danimarka rebħu l-aħħar tliet logħbiet tagħhom u b’tim żagħżugħ immexxi mill-coach Kasper Hjumland, kapaċi jagħtu logħba iebda lil kull avversarju.
Fid-9.05pm | Franza v Wales
Iċ-champions mondjali Franza se jiltaqgħu kontra Wales f’partita bejn żewġ timijiet li għandhom il-kapaċita’ li jaslu lejn l-aħħar stadji tal-Euro 2020. Franza, li huma fost il-favoriti li jirbħu l-kompetizzjoni, se jkunu mingħajr Ngalo Kante u Kurt Zouma li kienu mpenjati ma’ Chelsea fil-finali taċ-Champions League. Min-naħa l-oħra għal Wales il-plejers Aaron Ramsey, Joe Allen u Ben Davies kollha jinsabu dubjużi għall-partita ta’ llejla, bil-coach Rob Paige jgħid li se jkun kawt b’dawn il-plejers, lejlet il-Euro 2020.
//= $special ?>