Il-Kap tal-PN Bernard Grech
Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-PN Bernard Grech saħaq fuq l-importanza li ċ-ċertifikat Malti dwar il-vaċċinar mill-COVID ikun rikonoxxut minn pajjiżi barranin.
Fil-parlament llejla l-Prim Ministru Robert Abela għamel stqarrija ministerjali wara l-laqgħa tal-Kunsill Ewropew u qal li l-ħdima tal-UE fl-istrateġija ta’ tilqim intlaqgħet tajjeb mill-Kunsill Ewropew.
Hu tkellem dwar ir-ritmu ta’ vaċċinar madwar l-UE, is-sistema Maltija ta’ vaċċinar, l-impatt tal-pandemija, ir-rispons globali u l-produzzjoni tal-vaċċin. Il-Kunsill iddiskuta wkoll il-problema tal-immigrazzjoni rregolari.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech qal li mhux magħruf x’żamm lill-Prim Ministru milli jagħmel din l-istqarrija immedjatament wara l-laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri tal-UE kif isir is-soltu. Hu sostna li kellha tkun l-Oppożizzjoni li staqasiet biex il-parlament jingħata l-informazzjoni.
Il-Kap tal-PN Benard Grech qal li dak li ġara f’Minsk hu gravi ħafna u bla preċedent u sostna li l-komunità internazzjonali ma tistax tiippermetti li ajruplan tal-passiġġieri reġistrat fl-UE, f’nofs titjira fl-UE jinħataf minn reġim illeġittimu bl-iskop li jkun arrestat persuna li jkun abbord.
Il-Kunsill Ewropew bagħat sinjal importanti li hu turija tad-determninazzjoni tal-UE; dan kien milqugħ b’sodisfazzjon. Dan għandu implikazzjonijiet fuq Malta u għalhekk il-Gvern kellhom jagħmlu iktar minn tweet.
X’qed nagħmlu bħala pajjiż biex Roman Protasovich jinħeles? Għaliex il-Prim Ministru mhux qed ikun attiv fuq dan il-każ? Se jaċċetta t-talba biex jinħeles Roman Protasevich?
Dwar iċ-ċertifkat diġitali tal-COVID hu qal li dan hu pass importanti fid-direzzjoni t-tajba u staqsa jekk Malta hux se taċċetta ċ-ċertifikati minn stati oħra.
Iċ-ċertifikat Malti se jkun rikonoxxut minn pajjiżi oħra bl-istess mod? staqsa l-Kap tal-PN, li staqsa wkoll jekk il-gvern tkellimx ma’ pajjiżi oħra qabel il-laqgħa uffiċjali dwar ir-Russja.
Id-deputat Nazzjonalista Carm Mifsud Bonnici staqsa dwar it-€316-il miljun għad-dispożizzjoni ta’ Malta fil-pjan ta’ rkurpu u qal li l-gvern għadu ma ppreżentax dan il-pjan. Hu staqsa kif se jintefqu dawn il-flus u kemm se jintefqu fiż-żgħażagħ.
Il-Whip tal-Oppożizzjoni Robert Cutajar staqsa dwar il-Maltin li jiġu Malta, jekk dawn hux se jħallsu għall-PCR test u kemm l-ambjent se jingħata importanza fil-Pjan ta’ Rkupru.
Id-deputat Nazzjonalista David Thake staqsa dwar iċ-ċertifikat diġitali u qal li regoli jagħmluha diffiċli għall-familji bi tfal taħt is-16-il sena biex jippjanaw btala matul dan is-sajf.
Id-deputat Nazzjonalista Mario de Marco staqsa dwar l-aħħar żviluppi dwar l-għajnuna statali għall-Air Malta.
Id-deputat Nazzjonalista Joe Ellis staqsa dwar il-vaċċini lejn pajjiżi li m’humiex membri tal-UE u dwar il-possibbiltà li l-UE tlaqqam lill-kumplament tad-dinja biex il-popolazzjonijiet ikunu siguri.
Fit-tweġiba tiegħu l-Prim Ministru qal li d-diskussjonijiet dwar l-Air Malta għadhom għaddejjin u saħaq fuq l-importanza li tkun eliminata l-konfrontazzjoni fi kwistjonijiet internazzjonali.
Fid-dibattitu tkellem ukoll id-deputat Prim Ministru Ministru Chris Fearne li tkellem dwar iċ-Ċertifikat tal-Vaċċin, il-passaport Ewropew, is-sigurtà tal-passiġġieri li jiġu Malta, is-safar tat-tfal,
//= $special ?>