Lokali

Raġel jindarab wara li ntlaqat minn tal-linja

Ilbieraħ, għall-ħabta tad-9:15pm, il-Pulizija ġiet infurmata li kien għadu kemm seħħ inċident stradali fi Triq Diċembru tlettax, il-Marsa.

Mill-ewwel investigazzjoni rriżulta li raġel ta’ 27 sena residenti l-Belt Valletta, sofra xi ġrieħi wara li ntlaqat minn tal-linja li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 48 sena residenti l-Ħamrun.

Tim mediku ta l-ewwel għajnuna u ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-iktar kura fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.