Manchester United jinsabu interessati li jiksbu lid-difensur laterali ta’ Atletico Madrid Kieran Trippier. L-Ingliż, li għandu 30 sena, jidher li laħaq ftehim ma’ Atletico Madrid sabiex jirritorna lura l-Ingilterra.
Skond rapporti fil-midja Ingliża, l-coach ta’ Man Utd Ole Gunner Solskjaer m’huwiex kuntent bid-difensur Aaron Wan Bissaka, speċjalment fil-fażi offensiva, u għalhekk identifika lil Trippier bħala alternattiva tiegħu.
Trippier hu wieħed mis-seba’ difensuri laterali mgħajjta minn Gareth Southgate, fejn impressjona mhux ftit fit-Tazza tad-Dinja tal-2018.
Hu ingħaqad ma’ Atletico Madrid mingħand Tottenham fl-2019 u dan l-istaġun kien parti integrali mit-tim li rebaħ il-La Liga.
//= $special ?>