Għall-ħabta tal-11:45am, numru ta’ persuni kienu involuti fi ġlieda ħdejn l-għajn tal-ħasselin fl-Msida. Għadu mhux ċar x’ikkawża dan id-diżgwit bejn dawn il-persuni.
Minn informazzjoni li kiseb Net News jidher illi waqt din il-ġlieda li seħħet aktar kmieni illum, raġel ta’ 51 sena residenti Imqabba sofra xi ġrieħi u kellu jittieħed għal aktar kura f’ċentru tas-saħħa iżda l-kundizzjoni tiegħu għadha mhux magħrufa.
Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.
//= $special ?>