Permezz ta’ fondi mill-Unjoni Ewropea, dawk it-tfal li waqgħu lura fl-edukazzjoni minħabba l-pandemija tal-COVID, se jkunu jistgħu jirkupraw dak li tilfu.
Studju intern li sar juri li matul din is-sena skolastika kien hemm numru għoli ta’ studenti li ma attendewx l-iskola. Fid-dawl ta’ dan kollu, matul is-sajf li ġej se jkun offrut programm ra’ irkupru fit-tagħlim kemm fuq livell primarju kif ukoll dak medju u sekondarju.
Dan kollu se jkun possibbli grazzi għall-fondi mill-Unjoni Ewropea fejn dan il-programm bl-isem ta’ MFED Catch-Up Summer Programme, se jinkludi firxa mhux biss ta’ lezzjonijiet bażiċi ta’ irkupru , iżda wkoll appoġġ permezz ta’ diversi servizzi.
Il-programm huwa mifrux fuq tmien ġimgħat li se jibda mit-12 ta’ Lulju u jibqa’ għaddej sat-3 ta’ Settembru, b’time table ta’ erbat ijiem fil-ġimgħa.
L-istudenti se jkunu mqassma fi gruppi skont is-sena skolastika tagħhom minn Year 1 sa Year 10 bil-lezzjonijiet jingħataw kemm fl-iskejjel kif ukoll b’mod virtwali. B’kollox se jkun hemm 4 ċentri ta’ tagħlim għal-livell primarju f’Raħal Ġdid, B’Kara, il-Qawra u r-Rabat Għawdex u 4 għal-livell medju u sekomdarju f’Santa Lużija, l-Imrieħel, il-Mosta u l-Iskola Sekondarja f’Għawdex. Apparti dawn, se jkun hemm ċentru għal sessjonijiet tal-Prince Trust International Achieve Programme … kif ukoll skola virtwali nazzjonali.
//= $special ?>