EURO 2020 Futbol Sport

Partitarji Skoċċiżi mingħajr biljett mħeġġa ma jivvjaġġawx għall-partita kontra l-Ingilterra

Il-partitarji Skoċċiżi huma mħeġġa li ma jivvjaġġawx għall-partita kontra l-Ingilterra f’Wembley Stadium, jekk m’għandhomx biljett u jekk mhux se jkun qed jarawha f’post sigur. L-Iskozja jilagħbu t-tieni partita tagħhom minn Grupp D kontra l-Ingliżi fit-18 ta’ Ġunju, fejn ġew allokati 2,600 ticket, mill-21,500 biljett li kienu allokati għal din il-partita.

Il-partitarji Skoċċiżi normalment jiltaqgħu fi Trafalgar Square, iżda din is-sena dan mhux se jkun possibli, hekk kif se tkun qed tospta ‘fan zone’ bil-miżuri tad-distanza soċjali. Dwar dan ikkummenta ukoll is-Sinku ta’ Londra Sadiq Khan fejn qal li l-partitarji m’għandhomx jivvjaġġaw lejn Londra jekk m’għandhomx biljett fl-istadium, minħabba l-firxa l-Covid 19.

Ikkummenta