EURO 2020 Futbol Sport

Raspadori u Sensi jagħmluha fl-iskwadra finali tal-Italja

(Ritratt: EPA)

L-attakkant żagħżugħ ta’ Sassuolo Giacomo Raspadori u l-midfielder ta’ Inter Stefano Sensi għamluha mal-iskwadra finali magħżula mill-kowċ Taljan Roberto Mancini għall-fażi finali tal-Euro 2020 minkejja li kienu qed jissemmew li jistgħu jitħallew barra

Mancini għażel li jħalli barra lil Gianluca Mancini, Matteo Pessina u lil Matteo Politano. L-Italja se tkun qed tilgħab il-partita inawgurali kontra t-Turkija fl-Olimpico ta’ Ruma u wara tilgħab kontra l-Iżvizzera u Wales rispettivament.

Id-difensur ta’ Roma Gianluca Mancini kien fost il-players li tħallew barra mil-lista finali (Ritratt: EPA)

L-iskwadra finali tal-Italja hija:

GOALKEEPERS: Gianluigi Donnarumma (Milan), Alex Meret (Napoli), Salvatore Sirigu (Torino);

DIFENSURI: Francesco Acerbi (Lazio), Alessandro Bastoni (Inter), Leonardo Bonucci (Juventus), Giorgio Chiellini (Juventus), Giovanni Di Lorenzo (Napoli), Emerson Palmieri (Chelsea), Alessandro Florenzi (Paris Saint Germain), Leonardo Spinazzola (Roma), Rafael Toloi (Atalanta);

MIDFIELDERS: Nicolò Barella (Inter), Bryan Cristante (Roma), Frello Jorge Luiz Jorginho (Chelsea), Manuel Locatelli (Sassuolo), Lorenzo Pellegrini (Roma), Stefano Sensi (Inter), Marco Verratti (Paris Saint Germain);

ATTAKKANTI: Andrea Belotti (Torino), Domenico Berardi (Sassuolo), Federico Bernardeschi (Juventus), Federico Chiesa (Juventus), Ciro Immobile (Lazio), Lorenzo Insigne (Napoli), Giacomo Raspadori (Sassuolo)