Sport Sport Ieħor

Serena Williams u Alexander Zverev jgħaddu għat-tielet round tar-Roland Garros

Is-seed numru 7 Serena Williams għaddiet għat-tielet round tar-Roland Garros wara li eliminat lir-Rumen Mihaela Buzarnescu 6-3, 5-7, 6-1. Fir-round li jmiss Williams se tilgħab kontra l-Amerikana Danielle Collins. Daria Kasatkina wettqet is-sorpriża tal-ġurnata hekk kif għelbet lis-seed numru 10 Belinda Bencic. Victoria Azarenka u Marketa Vondrousova ukoll għaddew għar-round li jmiss.

Mill-kategorija tal-irġiel Alexander Zverev Roman Safiullin 7-6 7-4 6-3 7-6 7-1 biex għamilha għat-tielet round. L-istess għamel Stefanos Tstsipas li fi straight sets għeleb lill-Ispanjol Pedro Martinez. Il-Ġappuniż Kei Nishikori għeleb lil Karen Khachanov 4-6 6-2 2-6 6-4 6-4 u avvanza għar-round li jmiss.