Edwin Vassallo, PN
Id-deputat Nazzjonalista appella fil-parlament biex jinstab bilanċ bejn id-drittijiet tas-sidien tar-raba’ u l-bieda li jaħdmuha.
Edwin Vassallo qal li hemm bdiewa ġenwini li għandhom problema għax se jitkeċċew mill-għelieqi tagħhom. Dan irid ikun ikkunsidrat fil-kuntest tal-importanza tal-ikel frisk, sostna Edwin Vassallo, li sostna li din hi kriżi li trid tkun ikkunsidrata.
Hu appella biex jinstab bilanċ bejn il-propjetarji tar-raba’ u in qed jaħdem ir-raba’ u biex titressaq liġi li twaqqaf it-telfien tar-raba’ maħdum.
Edwin Vassallo tkellem ukoll dwar il-fondi allokati għar-raħħala li tilfu s-suq minħabba l-pandemija u qal li l-gvern se jqassam €4.5 miljun; iżda issa tard wisq għax dawn kellhom bżonn l-għajnuna xhur ilu. Dawn il-fondi m’humiex biżżejjed, sostna Edwin Vassallo, li kellhom li dawn kellhom bżonnhom ir-raħħala tal-majjal biss.
Edwin Vassallo qal li l-Ministru għall-Ambjent mhux iwieġeb dwar min huma l-esperti fis-settur u kemm jitħallsu.
//= $special ?>