Il-Ministru Carmelo Abela llum fil-parlament reġa’ ma weġibx jekk ħax il-pariri dwar hux se jiftaħ libell lill-aħwa Degiorgio li sostnew li l-istess Ministru Abela kien involut f’attentat ta’ hold-up fuq bank lokali.
Kien id-deputat Nazzjonalista David Thake li reġa’ staqsa jekk il-Ministru Abela ħa il-parir dwar il-possibbiltà ta’ libell lill-aħwa Degirgio. Dan wara li fis-seduta tal-bieraħ l-istess ministru qal li kien qed jieħu l-pariri neċessarji dwar din il-possibbiltà. Illum, il-Ministru Abela qal li hu jieħu l-pariri li hu jafda u jħababar dak li ddeċieda meta jkun il-waqt.
//= $special ?>