Lokali

Diżappunt mill-PN għad-deċiżjoni li l-ebda pajjiż ma jiżdied fil-’green list’ tal-Gvern Ingliż

Il-Partit Nazzjonalista hu ddiżappuntat bid-deċiżjoni mħabbra mill-Gvern Ingliż li ma jżid l-ebda pajjiż fil-’green list’ tiegħu għax dan se jħalli konsegwenzi serji fuq l-industrija tat-turiżmu tagħna.

Fi stqarrija, iffirmata mill-Viċi Kap u Kelliem għat-Turiżmu Robert Arrigo, il-Partit Nazzjonalista tenna l-appell tiegħu biex jgħin lill-Gvern fl-isforzi diplomatiċi ħalli din is-sitwazzjoni tkun żblukkata.

Din id-deċiżjoni effettivament tfisser li l-operaturi turistiċi Maltin u Għawdxin se jkunu tilfu x-xahar ta’ Ġunju wara xhur twal ta’ tbatija kawża tal-pandemija.

Għaldaqstant, il-Partit Nazzjonalista tenna l-appell li l-Gvern jibqa’ jsostni din l-industrija biex tgħaddi minn dan il-perjodu ta’ inċertezza ta’ bħalissa.