Futbol Sport

Fgura United b’diversi attivitajiet soċjali u edukattivi għat-tfal li jitħarrġu magħhom

Matul l-istaġun li għadda Fgura United F.C. organizzaw diversi attivitajiet soċjali u edukattivi għat-tfal li jitħarrġu magħhom. Permezz ta’ dawn l-attivitajiet Fgura United riedu joħolqu għarfien dwar l-importanza ta’ dawn l-aspetti fil-formazzjoni tat-tfal li jattendi xi għaqdiet jew nurseries tal-futbol.

Fost dawn l-attivitajiet Fgura organizzaw sessjoni ta’ taħriġ f’Forti Sant’Anġlu, b’kollaborazzjoni ma’ Heritage Malta, kif ukoll organizzaw diversi attivitajiet b’rabta mal-European Sports Week, flimkien ma’ SportMalta. Fgura esponew lit-tfal li jattendu l-club tagħhom ukoll għall-attivatajiet u laqgħat organizzati minn Sedqa fuq bosta suġġetti fosthom il-bullying kif ukoll dwar l-abbuż minn sutanzi fil-futbol.

Minkejja il-pandemija u r-restrizzjonijiet li ġabet magħha Fgura United ħadu l-opportunita’ u organizzaw ukoll laqgħat online permezz ta’ Zoom flimkien ma’ Aġenzija Żgħażagħ, dwar l-importanza li jqassmu l-ħin aħjar. Fost l-oħrajn, it-tfal kellhom ukoll laqgħat dwar kif jistgħu jevitaw ċertu injuries kif ukoll dwar in-nutrizzjoni fil-futbol.