Internazzjonali Sport

Hashimoto tgħid li l-olimpjadi tal-Ġappun se jsiru “100%”

(Ritratt; Sky News)

L-Olimpjadi ta’ Tokyo se jsiru 100%.

Il-konferma tagħta Seiko Hashimoto, President ta’ Tokyo 2020 fejn fl-aħħar ħin ikkonfermat li l-logħob li ġew posposti mis-sena li għaddiet issa ser isiru iżda wissiet li kulħadd irid iħejji ruħu għall-possibilità li dawn isiru mingħajr spettaturi fl-eventwalità li jiżdiedu l-każi tal-Covid.

 L-Olimpjadi jibdew fit-23 ta’ Lulju hekk kif il-Ġappun qed tikkumbatti żieda fil-każi tal-Coronavirus u waqt li l-biċċa l-kbira tal-Ġappun jinsab taħt stat ta’ emerġenza.

Hashimoto insistiet li l-mira prinċipali hi li l-logħob isiru bl-aktar mod sigur possibbli.

Hija tkellmet dwar kif il-Ġappuniżi bħalissa qed iħossuhom insiguri u li jinsabu frustrati bl-idea tal-logħob Olimpiċi f’pajjiżhom. Hashimoto qalet li l-akbar sfida se tkun il-kontroll tal-influss tan-nies. Hija qalet li jekk ikun hemm żieda drastika fil-każi hemm possibiltà li l-atleti jikkompetu mingħajr spettaturi.