Belġju 1 Greċja 1
Il-Belġju kienu miżmuma mill-Greċja fi draw ta’ 1-1. Il-Belġju marru fil-vantaġġ fl-20 minuta metaminn pass ta’ Yannick Carrasco, kien Thorgan Hazard li xeħet ġewwa għal 1-0. Iżda l-Greċja kisbu l-gowl tad-draw fis-66 minuta meta minn free-kick mill-lemin kien Gergios Tzavellas li tefa’ ġewwa, għal skor finali ta’ 1-1.
Agħfas hawnhekk biex tara l-gowls tal-partita bejn il-Belġju u l-Greċja
Żvizzera 7 Liechtenstein 0
L-Iżvizzera ksibu rebħa kbira ta’ 7-0 kontra Liechtenstein f’partita ta’ ħbiberija bi preparazzjoni għall-Euro 2020. Mario Gavranovic fetaħ l-iskor wara 19-il minuta, bil-partita sa tmiem l-ewwel taqsima tintemm 1-0. Fit-tieni taqsima, l-Iżvizzera skorjaw sitt darbiet. Fis-46 minuta kien Christian Fassnacht li għamilhom 2-0 filwaqt li auto-gowl ta’ Noah Frick għamilhom 3-0 fis-57 minuta. Christian Fassnacht għamel l-iskor 4-0 mas-70 minuta biex Mario Gavranovic għamilhom 5-0 kwarta mit-tmiem. Fid-79 minuta Gavranovic skorja l-hat-trick personali biex ħames minuti mit-tmiem Edimilson Fernandes għamilhom 7-0.
Agħfas hawnhekk biex tara l-gowls tal-partita Żvizzera v Liectenstein
Turkija 2 Moldova 0
F’partita oħra ta’ ħbiberija, it-Turikja kisbu rebħa faċli ta’ 2-0 fuq il-Moldova biex b’hekk komplew il-preparamenti għall-partita inawgurali tal-Euro 2020 fejn jilagħbu kontra l-Italja. Burak Yilmaz fetaħ l-iskor fit-58 minuta biex iż-żagħżugħ Cengiz Under għamilhom 2-0 tlettax -il minuta mit-tmiem.
Agħfas hawnhekk biex tara l-gowls tal-partita Turkija v Moldova
Ukranja 1 Irlanda ta’ Fuq 0
It-tim ta’ Andriy Shevchenko kiseb rebħa minima ta’ 1-0 fuq l-Irladna ta’ Fuq f’partita ta’ ħbiberija. Il-gowl li ddeċieda l-konfront wasal wara 10 minuta meta minn corner ta’ Oleksandr Karavaev, kien Oleksandr Zubkov li bir-ras għamilhom 1-0, riżultat li bih ntemmet il-partita.
Agħfas hawnhekk biex tara l-gowls tal-partita bejn Ukranja v Irlanda ta’ Fuq
//= $special ?>