Lokali Parlament

Il-kunsilli lokali għandu jkollhom vuċi fl-ambjent

Karl Gouder. PN

Id-deputat Nazzjonalista Karl Gouder appella biex il-kunsilli lokali jkollhom vuċi ferm iktar b’saħħitha quddiem proġetti ambjentali fil-lokalitajiet.

Fil-parlament Karl Gouder qal li ż-żgħażagħ huma preokuppati bl-ambjent u appella biex jinstab il-bilanċ bejn l-ambjent u l-iżvilupp. Il-gvern donnu ddeċieda li jmur favur l-iżvilupp fil-bini, fit-trasport u f’setturi oħra b’detriment għall-ambjent.

Jeħtieġ li Malta tikkopja l-mod kif issir il-kostruzzjoni f’pajjiżi barranin, sostna Karl Gouder, li kompla li hem soluzzjonijiet oħra flok jitwessgħu t-toroq u jittieħdu l-għelieqi.

Il-mozzjoni tal-PN għandha l-iskop li tinvolvi iktar lill-poplu biex ikun hemm iktar involviment. Il-kunsilli lokali għandu jkollhom vuċi ferm iktar soda fi proġetti ambjentali

Id-deputat Nazzjonalista kompla li f’dan il-pajjiż, l-aġenda ambjentali twarrbet fejn il-flus ingħataw prijorità. Hu appella biex il-pajjiż ma jibqax jiddependi biss mill-kostruzzjoni u spjega kif iż-żgħażagħ iridu ambjent li fih ikunu jistgħu jgħixu ħajja sana.