F’pajjiżna l-maġġoranza tal-opinjoni pubblika hija li l-affarijiet mixjin fid-direzzjoni l-ħażina. Dan ħareġ minn stħarriġ tal-ewrobarometru mwettaq bejn ix-xahar ta’ Marzu u April.. fejn 46% tal-parteċipanti Maltin saħqu li jixtiequ li fil-pajjiż l-affarijiet imorru aħjar.
Mistoqsija b’mod konkret dwar l-aspettativi tagħhom mill-Parlament Ewropew, iċ-ċittadini Maltin u Għawdxin, 54% minnhom insistew li l-Parlament għandu jagħti prijorità ewlenija lis-saħħa pubblika isegwi l-appell għal azzjoni kontra t-tibdil fil-klima bħala t-tieni prijorità bi 48% filwaqt li 31% tal-parteċipanti appellaw għal aktar miżuri kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali u aktar attenzjoni fejn tidħol il-migrazzjoni.
Tul dan l-istħarriġ il-parteċipanti kienu mistoqsija x’konsegwenzi emozzjonali kellha l-pandemija fuqhom b’65% tal-parteċipanti Maltin jisħqu li kienu mifnija bl-inċertezza b’41% oħra jgħidu li kienu frustrati. 35% tal-parteċipanti saħqu li kienu beżgħana u 24% oħra qalu li kienu qed isofru s-solitudni.
Dan filwaqt li s-sitwazzjoni finanzjarja għall-Maltin hija komparabbli mal-medja Ewropea bi 33% diġà qed iħossu impatt fuq id-dħul personali tagħhom, u 23% qed jistennew li l-pandemija jkollha impatt fuqu fil-futur.
Intant f’Malta 73% sodisfatti bil-miżuri tal-UE, u 63% sodisfatti bis-solidarjetà bejn l-Istati Membri.
//= $special ?>