Il-Portugall u l-Ġermanja huma ż-żewġ finalisti tal-Kampjonati Ewropej ta’ taħt il-21 sena wara li għelbu lil-Spanja u lill-Olanda rispettivament. Il-Portugall għelbu lil-Spanja bl-iskor ta’ 1-0, bil-gowl uniku tal-partita jasal fit-80 minuta minn Jorge Cuenca li tefa’ fil-lasta tiegħu stess.
Min-naħa l-oħra l-Ġermanja għelbu lill-Olanda bl-iskor ta’ 2-1. Il-Ġermanja fetħu l-iskor mal-ewwel minuta meta minn pass ta’ Lukas Nmecha, kien Florian Wirtz li kkonkluda ġewwa għal 1-0. Il-Ġermanja rduppjaw fit-tmien minuta metareġa kien għal darb’oħra Florian Wirtz li sab ix-xibka, fuq pass ta’ Ridle Baku. Madankollu l-Olanda naqqsu d-distakk fis-67 minuta permezz ta’ Perr Schuurs.
//= $special ?>