EURO 2020 Sport

Illejla jkomplu l-partiti ta’ ħbiberija bejn it-timijiet Ewropej

Fis-6.00pm | Żvizzera v Liechtenstein

L-Iżvizzera se jaqħlqu it-tħejjijiet għall-Euro 2020 b’partita ta’ ħbiberija kontra l-Leichtenstein, wara li aktar kmieni din il-ġimgħakisbu rebħa ta’ 2-1 kontra l-Istati Uniti. Hekk kif jinsabu fi Gruppa A, mat-Turkija, l-Italja u Wales l-Iżvizzera se jkunu qed iħarsu li jiksbu riżultat pożittiv li jawguralhom tajjeb għall-Euro 2020. Il-coach Vladimit Petkovic se jkun qed jistenna li jkomplu l-forma pożittiva ta’ ħames rebħiet mill-aħħar ħames partiti, fi-Euro 2020, hekk kif plejers bħal Granit Xhaka, Sherdan Shaqiri u Steven Zuber, kapaċi jkunu strumentali biex jagħmluwha għall-fażi finali.

Fis-7.00pm | Turkija v Moldova

Wara li l-coach Şenol Güneş sejjaħ l-iskwadra finali tal-Euro 2020, it-Turkija se jilagħbu kontra l-Moldova. It-Turkija huma kkunsidrati fost dawk li jistgħu ikun t-tim sorpriża tat-tournament bi plejers bħal Buruk Yilmaz, Hakan Calhanoglu u Caglar Soyunu jafu jkunu protagonisti għat-tim tagħhom. Interessanti, li t-Turkija sofrew biss 3 telfiet fl-aħħar 25 partita internazzjonali, liema forma se jkunu qed iħarsu li jkompluha matul l-Euro 2020.

Fit-8.00pm | Ukrajna v Irlanda ta’ Fuq

It-tim immexxi minn Andriy Shevchenko se jilgħab kontra l-Irlanda ta’ Fuq, b’dawn tal-aħħar għadhom ġejjin minn rebħa kontra Malta bl-iskor ta’ 3-0. Min-naħa l-oħra Shevchenko se jkun qed iħares li t-tim tiegħu jaqbad ftit il-forma qabel il-Euro 2020, hekk kif rebħu biss tnejn mill-aħħar ħdax-il partita tagħhom. Hekk kif jinsabu fi Grupp flimkien mal-Olanda, mal-Macedonja ta’ Fuq u l-Awstrija, l-Ukrajna se jkunu qed jissieltu sabiex jagħmluha mal-aħħar 16, fi grupp fejn l-Olanda u l-Awstrija huma l-favoriti li jikkwalifikaw.

Fid-8.45 | Belġju v Greċja

Hekk kif ftit tal-ħin ilu, Martinez ikkonferma li Kevin de Bruyne jista’ jitlef l-ewwel partita tal-Euro 2020, illejla il-Belġju jospitaw lil Greċja f’partita ta’ ħbiberija. Minkejja li huma l-ewwel fir-rankings tal-FIFA il-‘golden generation’ tal-Belġju għadha trid tħalli impatt fuq kompetizzjonijiet Ewropej, b’ħafna jindikaw li l-Euro 2020 jaf tkun il-kompetizzjoni mirbuħa mill-Belġju. Il-Belġju mistennija jtemmu fl-ewwel post tal-grupp tagħhom, bir-Russja, id-Danimarka, u l-Fillandja, jistgħu joffrulhom opposizzjoni denja.