Lokali Parlament

Imprendituri Maltin jinsistu li jitħallsu għal xogħol li wettqu fil-Libja

Jason Azzopardi, PN

Id-deputat Nazzjonalista Jason Azzoppardi qal fil-parlament llejla li numru ta’ imprendituri Maltin ilhom jistennew li jitħallsu għal xogħol li huma wettqu fil-Libja. Hu sostna li dawn għandhom jieħdu l-miljuni iżda huma jħossuhom abbandunati mill-gvern.

Id-deputat Nazzjonalista qal li issa kien rapportat li Malta m’għandhiex diffikultajiet li jkunu rilaxxati madwar biljun dinar lill-gvern Libjan iżda l-gvern Malti għandu obbligu li l-Maltin jitħallsu mill-iktar flus qabel Malta tirrilaxxa l-biljun dinar Libjan.

Jason Azzopardi kompla li dan hu legalment, moralment u politikament ġust mal-Maltin li ilhom jistennew is-snin biex jitħallsu.