David Thake, PN
Id-deputat Nazzjonalista appella biex tittieħed azzjoni mmedjata dwar is-sigurtà f’San Pawl il-Baħar.
Fl-Aġġornamnet tal-parlament David Thake qal li hemm problemi ta’ influs skbir ta’ nies f’San Pawl il-Baħar li llum sar lokalità fejn hemm numru kbir ta’ appartamenti f’postijiet li qed jiu abitati minn numru kbir ta’ persuni li m’għandhom ebda rabta jwe rispett lejn il-lokalità.
Hemm problema ta’ ħruġ ta’ skart f’ħinijiet ħżiena iżda hemm biss 12-il-Green Warden, li lanqas jibdew bie ikorpu loklaità waħda. Jeħtieġ li jkunu appuntati Green Wardens, sostna David Thake, li qal li hemm problemi ta’ nuqqas ta’ sigurtà fil-lokalità b’numru ta’ nies fis-sakra, storbju u gruppi ta’ nies li jidher li ma jista’ għalihom ħadd. Hu qal li l-pulizija mhux qed jirrispondi għat-talbiet tan-nies u appella biex il-lokalità ma ktunx abbandunata.
Mhux aċċettabbli l-lokalità tkun abbandunata u għalhekk l-awtoritajiet iridu jikkunsidraw l-indafa u s-sigurtà fit-toroq għaliex il-pulizija mhux jieħdu azzjoni. Hemm postijiet magħrfua sew mal-pulizija dwar xorb eċessiv, abbużi u ħsarat fi propjetà tar-residenti.
David Thake qal li f’San Pawl il-Baħar seħħ każ fejn żewġ gruppi ta’ tfal iġġieldu b’sikkina iżda ma ttieħdux passi.
//= $special ?>