Il-Ħamis filgħaxija ġiet organizzata l-ewwel ċerimonja ta’ gradwazzjoni fl-Università tal-Ġordaniżi li tinsab fil-Baċir numru wieħed f’Bormla.
B’kollox … kważi 5 snin wara l-ftuħ uffiċjali tal-Universita, gradwaw biss 22 student meta suppost fl-ewwel sena tagħha din l-università kellha tilqa’ mal-1,000 student. Madanakollu fl-2017, din l-università kellha 15-il student biss.
Fl-2015 l-eks Prim Ministru Joseph Muscat kien saħaq li la darba timtela l-università f’Bormla, il-Ġordaniżi kellhom jiftħu l-università tagħhom fl-art taż-Żonqor f’Wied il-Għajn…fejn f’erba snin dawn suppost kellhom jilqgħu mal-4,000 student – fatt li jidher għadu ferm ‘il bogħod milli jseħħ.
Dan filwaqt li 3 snin wara, Muscat kien biddel id-diska u sostna li jekk il-mira tal-4,000 student ma tintlaħqx din id-darba fl-2029… tminn snin oħra…l-artijiet jiġu rritornati lill-Gvern Malti.
Tul din iċ-ċerimonja li saret il-Ħamis, f’messaġġ irrekordjat, il-Ministru għall-Edukazzjoni Justyne Caruana, faħħret lit-22 student li ggradwaw – filwaqt li ħeġġithom joħolmu. S’issa madanakollu l-ħolm u l-wegħdi li għamel il-Gvern Laburista tul dawn is-snin b’rabta mal-Universita ta Sadeen jidher li għadhom ‘il bogħod…bużżieqa oħra li, għad-dannu tal-poplu Malti u Għawdxi, qed tinfaqa’ f’wiċċ il-Partit Laburista.
//= $special ?>