EURO 2020 Futbol Sport

Kevin De Bruyne se jkollu bżonn maskra protettiva biex ikun jista jilgħab

(Ritratt: EPA)

Il-midfielder tal-Belġju Kevin De Bruyne se jkollu bżonn maskra protettiva biex jilgħab fil-Euro 2020 wara li kiser imnieħu u parti minn taħt għajnejh fil-finali tal-UEFA Champions League wara dwell li kellu mad-difensur ta’ Chelsea Antonio Rudiger.

De Bruyne jidher ukoll li se jitlef l-ewwel partita ta’ dan it-tournament kontra r-Russja, bil-kowċ Roberto Martinez jittama li jkun jista jilgħab fil-partiti ta’ wara.