Lokali

L-Iżvilupp f’Ħal Farruġ mhux se jsir

Il-Bord tal-Ippjanar irrifjuta l-applikazzjoni ghal progett ta’ zvilupp fuq art f’Hal Farrug. Dan wara laqgha li saret aktar kmieni dalghodu.

L-applikazzjoni kienet saret sabiex razzett abbandunat f’dak li huwa magħruf aħjar bħala Wied il-Kbir jinbidel f’imħażen għal użu industrijali, filwaqt li parti oħra tal-art tinqaleb għal użu ta’ open storage.

Filwaqt li bosta residenti spjegaw li din l-applikazzjoni kienet ta’ theddida għall-uniku pulmun ambjentali li hemm bejn il-lokalitajiet ta’ Ħal Qormi u Ħal Luqa, dan l-iżvilupp kien se jsarraf f’attività industrijali li tiżdied drastikament fiż-żona ….u effetti wkoll fuq Kamra tan-Nar li tinsab fil-vicinanzi.