L-Assoċjazzjoni tal-Lukandiera u r-Ristoranti (MHRA) qalet li tħossha frustrata li pajjiżna ma tqiegħedx fuq l-hekk imsejħa ‘green list’ tar-Renju Unit għax qalet li m’hemmx raġuni xjentifika jew loġika għaliex dan ma seħħx.
L-MHRA qalet li suq Britanniku jirrappreżenta 33% tat-turisti li waslu f’Malta fl-2019 u jekk jintilfu dawn it-turisti, is-settur żgur li jaqla’ daqqa ta’ ħarta kbira.
Hu għalhekk li l-Assoċjazzjoni staqsiet jekk il-Gvern Britanniku hux qed jieħu deċiżjonijiet bħal dawn b’nuċċali politiku, b’riskju li jkun imminat ftehim li ta’ għexieren ta’ snin għal moviment liberu fil-kummerċ u s-servizzi.
L-MHRA appellat lill-Unjoni Ewropea biex tappoġġja kemm hu possibbli lill-industrija tal-ospitalità, filwaqt li tiddefendi l-moviment ħieles fost il-pajjiżi tal-Unjoni.
//= $special ?>