Lokali

L-MUT tappella lill MCAST – ejja nsolvu l-interpretazzjoni tal-Ftehim Kollettiv għall-ġid ta’ kulħadd

L-MUT qed tappella lill-MCAST sabiex tinstab soluzzjoni kemm jista’ jkun malajr għall-interpretazzjoni ħażina tal-Ftehim Kollettiv tal-letturi min-naħa tal-MCAST. Din l-interpretazzjoni ħażina, li qed taffettwa s-salarji, qed issir illum minn min ma kienx parti min-negozjati tal-istess ftehim fl-2018 u fis-snin ta’ qabel. L-MUT ippruvat tagħmel minn kollox sabiex tinstab soluzzjoni, iżda fin-nuqqas ta’ dan ma kellhiex triq oħra ħlief li fil-21 ta’ Mejju li għadda tordna tilwima industrijali u azzjonijiet sabiex tipproteġi l-membri tagħha. L-MUT lesta li tiddjaloga iżda mhijiex ser taċċetta interpretazzjonijiet differenti tal-Ftehim hekk kif maqbul.

Apparti dan, l-MUT tinnota wkoll li bi sfida ċara l-MCAST waqqfet l-iffirmar ta’ Ftehim Kollettiv ġdid għal grad ieħor li m’għandu x’jaqsam xejn ma’ din il-kwistjoni. Dan l-aġir infantili qed iwassal sabiex żgħażagħ u impjegati qed ibatu minħabba deċiżjonijiet ħżiena mill-kulleġġ. L-MUT turi solidarjetà mal-letturi affettwati u ma’ dawk li qed jistennew l-iffirmar tal-Ftehim Kollettiv ġdid li twaqqaf mill-MCAST.  

Ikkummenta