Internazzjonali

L-Oppożizzjoni Iżraeljana tifforma Gvern ġdid li jista’ jtemm it-tmexxija ta’ Netanyahu

Iżrael jinsab aktar qrib li jara t-tmiem tat-tmexxija ta’ Benjamin Netanyahu.

Wara erba’ elezzjonijiet inkonklussivi, jidher li l-mexxej tal-Oppożizzjoni Yair Lapid irnexxielu jilħaq ftehim ma għadd ta’ partiti oħra mill-lemin, iċ-ċentru u ċentru xellug.

Din il-koalizzjoni pjuttost ambigwa ta’ partiti mill-ispektru politiku mifrux jista’ jġib fi tmiemha t-tmexxija tal-Prim Ministru Iżraeljan Netanyahu. Il-ftehim intlaħaq siegħa biss qabel skada l-ħin għall

Fl-aħħar sigħat, Lapid  informa lil Netenyahu li hu kien irnexxielu jifforma Gvern. Dan wara sentejn turbulenti fil-politika tal-pajjiż u erba’ elezzjonijiet li ma wasslux għal riżultat ċar.

Jidher li ll-ftehim bejn il-partiti hu li r-rwol ta’ Prim Ministru jinqasam bejn Yair Lapid u l-mexxej tal-Yamina, Naftali Bennet, b’dan tal-aħħar iservi bħala Prim Ministru sal-2023. Lapid imbagħad mistenni jieħu t-tmexxija f’idejh sal-2025.

Fl-ewwel kummenti tiegħu wara li ntlaħaq il-ftehim, Yair Lapid qal li hu qed iwiegħed li Gvern ġdid immexxi minnu se jservi ċ-ċittadini kollha – kemm dawk li appoġġjawh kif ukoll dawk li mhumiex membri tiegħu jew li jopponuh u li se jagħmel dak kollu possibbli biex jgħaqqad il-partijiet kollha tas-soċjetà Iżraeljana.