Il-middleman fl-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia, Melvin Theuma, ikkonferma fuq il-pedana tax-xhieda li ankè hu kien sema’ li Vince Muscat, il-Koħħu, kien se jirċievi €300,000 ħlas biex joqtol lil ġurnalista – flus li kien se jirċievi minn persuna li ma tistax tissemma’.
Dan huwa marbut mal-allegazzjoni li l-mażunerija f’Malta kienet involuta f’attentat ta’ qtil fuq il-ġurnalista. Melvin Theuma insista li dan wasallu minn Mario Degiorgio, ħu l-aħwa Alfred u George Degiorgio, u spjega li allegatament il-flus ma laħqux għaddew lill-Koħħu minħabba li dan tal-aħħar kien arrestat.
Dan hekk kif il-Ħamis filgħodu tkompliet ix-xhieda ta’ Melvin Theuma fil-kumpilazzjoni tal-evidenza fil-konfront ta’ Yorgen Fenech, akkużat bil-kompliċità fl-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia.
//= $special ?>