Stefano Sensi se jkun qed jitlef il-Euro 2020 wara li sofra injury lejlet il-partita ta’ ħbiberija li l-Italja se tilgħab għada filgħaxija kontra r-Repubblika Ċeka. Minfloku il-kowċ Roberto Mancini sejjaħ lill-midfielder ta’ Atalanta Matteo Pessina li kien imsejjaħ fl-iskwadra proviżorja iżda tħalla barra mil-lista tas-26 player.
Sensi kien wieħed mid-dubji fl-għażla ta’ Mancini iżda l-midfielder ta’ Inter kien irnexxielu jagħmilha mal-iskwadra finali, bl-injury sfortunata li sofra waqt it-taħriġ se tkun qed tħallih barra mill-ewwel tournament internazzjonali tal-karriera.
//= $special ?>