Rapporti fil-midja Ingliża qed jindikaw li PSG jinsabu viċin li jiffirmaw lil Gianluigi Donnarumma, hekk kif fi tmiem dan l-istaġun jintemm il-kuntratt tiegħu ma’ Milan. Madankollu, PSG mistennija jisilfu lil Donnarumma lura ma’ tim fis-Serie A.
Donnarumma naqas milli jilħaq ftehim ma’ Milan dwar estensjoni tal-kuntratt u għalhekk se jkun jista’ jingħaqad ma’ min irid, hekk kif jintemm il-kuntratt fit-30 ta’ Ġunju. Donnarumma għamilha ċara li jrid jilgħab fiċ-Champions League, bl-alternattivi fl-Italja jkunu Inter, Juventus u Atalanta, li flimkien ma’ Milan ikkwalifikaw għall-UEFA Champions League tal-istaġun li ġej.
//= $special ?>