Illum ir-Renju Unit mistenni jħabbar bidla fil-Green List tal-pajjiż. Dan hekk kif il-media Ingliża qed tindika li hemm probabbiltà li Malta tiġi inkluża fil-lista.
Fil-prattika, dan ikun ifisser li s-suq Ingliż ikun qed jerġa’ jiftaħ għal pajjiżna.
Apparti Malta, anke l-Fillandja, gżejjer fil-Karibew u xi gżejjer Griegi mistennija jkunu miżjuda fil-Green List.
Intant, issa anke l-Italja fetħet ir-reġistrazzjoni għall-adulti kollha li jridu jitlaqqmu kontra l-Covid-19.
Din il-ġimgħa, se jaslu l-Italja mat-2.5 miljun doża tal-vaċċin. Filwaqt li f’Sardenja wkoll beda t-tilqim għal dawk li għandhom minn 16-il sena ‘l fuq. L-istess fi Sqallija, fejn l-għoti tal-vaċċin miexi b’rittmu tajjeb ħafna.
//= $special ?>