Internazzjonali

Renju Unit: Lejn laqgħa bejn ir-Reġina u Joe Biden

Ir-Reġina Eliżabetta tal-Ingilterra, il-ġimgħa d-dieħla, għandha tiltaqa’ mal-President tal-Istati Uniti, Joe Biden u l-First Lady Amerikana Jill Biden fil-Kastell ta’ Windsor.

L-uffiċjali mal-Palazz ta’ Buckingham ikkonfermaw il-laqgħa li se ssir fit-13 ta’ Ġunju u li tikkoinċiedi mat-tmiem taż-żjara ta’ Biden fir-Renju Unit għas-summit tal-G7 għall-aktar pajjiżi ekonomikament b’saħħithom tad-dinja.

Ir-Reġina, li għandha 95 sena, laqgħet 11-il President Amerikan tul id-69 sena li hi ilha tmexxi l-monarkija Britannika. L-aħħar darba hi ltaqgħet ma’ President Amerikan kienet fl-2019 meta Donald Trump kien għadu qed imexxi lill-Istati Uniti.