Roger Federer għeleb l-isfida ta’ Marin Cilic u għadda għat-tielet round tar-Roland Garros. Federer rebaħ l-ewwel sett iżda Cilic rnexxielu jirkupra fit-tieni sett, b’Federer jieħu it-tielet u r-raba’ sett bl-iskor ikun dak ta’ 6-2 2-6 7-6 6-2.
Min-naħa l-oħra is-seed numru 1 Novak Djokovic għadda għat-tielet round metagħeleb lil Urugwajan Pablo Cuevas 6-3 6-2 6-4.
Is-seed numru 1 tan-nisa Ashleigh Barty rtirat mill-Open ta’ Franza wara li injury f’ġenbha ma ħallitix tkomli l-partita tagħha kontra Magda Linette. Ashleigh Barty kienet rebħet l-ewwel sett 6-1, filwaqt li fil-ħin li rtirat kienet fit-tieni sett bl-iskor ta’ 2-2.
Sadanittant l-Amerikana Coco Gauff ukoll għamlitha għat-tielet round hekk kif għelber liċ-Ciniża Wang Qiang 6-3 7-6.
//= $special ?>