Solidarjeta’ Ħaddiema Partit Nazzjonalista jifraħ lill-Eżekuttiv ġdid tal-Forum Unions Maltin mmexxi mill-President ġdid Paul Pace u s-Segretarju Ġenerali Elaine Germani.
L-SĦPN jifraħ u juri l-apprezzament lil Marco Bonniċi u Colin Galea li mexxew il-For.U.M fl-aħħar snin.
SĦPN tirrikonoxxi il-ħidma fejjieda tal-For.U.M li tiġbor fi ħdanha 16,000 ħaddiema li jagħmlu parti minn numru ta’ unjins flimkien li jirrappreentaw diversi xogħlijiet u professjonijiet.
L-irwol tal-Unjins f’pajjiżna huwa importanti iktar inn qatt qabel fi żmien li hemm bżonn l-imbuttatura ta’ kulħadd biex il-pajjiż jegħleb l-isfida tal-pandemija u jaqbad it-triq tal-irkupru ekonomiku.
SĦPN tawgura lil ForU.M iktar ħidma favur il-ħaddiema u l-professjonisti
//= $special ?>